MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Sunday, January 25, 2009

The Malta Chronicle

Mark Vella, former editor of Xifer - il-blogg mit-truf, kicks off a series of contributions on The Malta Chronicle, a blog set up by Jacques René Zammit as a platform for debate on the forthcoming European elections:

Ma tlaħħaqx ma’ moħħ il-magna Nazzjonalista, ngħiduka kif inhi. Lil hinn mill-politika, il-partit ipperfezzjona l-arti tal-ikkampanjar u tad-dawrien tal-imħuħ, u tipprova kemm tipprova tkisser il-kodiċi, afli li eżatt qabel ma tasal għalih, ikun ħarġu b’wieħed ġdid. Kudos, kif jgħidu, għaliex sikwit l-elezzjonijiet jintrebħu mhux bl-ideat u bix-xewqat nobbli, imma b’kemm tkun kapaċi tbiddel fehmet in-nies fil-mumenti l-aktar kruċjali.

Għalhekk, taffaxxina ruħek tipprova taqra bejn il-linji ta’ x’qed jinkiteb dan l-aħħar. Taqra fil-fond tipprova, imma dejjem bil-proviso li hemm imħuħ li mhux kulħadd ilaħħaq magħhom, l-aktar dawk li għandhom idea ħafna akbar minn tiegħek dwar x’qed jiġri minn taħt, fuqnett, u x’imkien min-nofs. U tipprova wkoll logħba li sikwit tinħass ġa mitlufa, il-logħba tal-mirja, jew tal-bluff tipo poker, fejn taqra bil-maqlub dak li qed jingħad, bit-tama li l-maqlub li issa qed tifhem ma jkunx inqaleb apposta minn qabel, biex dak li fhimt jibqa’ bil-maqlub tal-maqlub li ħsibtu maqlub. Ftehmna?...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home