Big heads
Arcibald, who is back at Ġandir Malta Jippreżenta… takes a cue from the recent visit to Italy by the Maltese Prime Minister to give his views on Silvio Berlusconi:
Fl-aħbarijiet laqtitni ż-żjara tal-Prim tal-gżira minuskola tagħna flimkien mal-viċi tiegħu lill-Prim tal-ġirien tant għeżież tagħna t-Taljani. Assaċċ m’hix xi ħaġa interessanti iż-żjara - wara kollox din kienet biss ħaġa mundana tas-soltu daqs tlett kwarti mill-aħbarijiet li jkun hemm kuljum. Sabu xi kadavru fil-baħar, ħabat xi ħadd, qala xeba xi turist, daħlu skoss immigranti b’xi dgħajsa, inqatet xi żigarella u l-Prim Ministru mar x’imkien jitkellem ma’ xi ras kbira bħal Berlusconi. Tal-kadavru kważi iktar fiha pjaċir għal min iħobb iseksek.
Biss, li nteressani miż-żjara huwa Berlusconi nnifsu ghax ftakart fil-faxxinu li għandi lejn il-bniedem bħala karattru uniku fl-istorja tal-pajjiż ġar u naħseb tad-dinja. Infatti jien dejjem ngħid: min jaf x’għad joħroġ dwar dal-bniedem tletin, erbgħin sena wara li jmut. Apparti l-plastik li għandu ma wiċċu u l-qara. Għax bħalissa sakemm għadu attwali ħafna nies ikollhom interess iżomm ħalqhom magħluq, imma meta l-bniedem isir storja, l-aneddoti għandi presentiment li jaslu jibdew jiffjorixxu dwar il-deals u n-no deals li għamel il-bniedem u dwar it-taħwid li ħawwad minn wara l-kwinti, kemm fl-ażjendi privati tiegħu u anki bħala politikant. Ħafna diġa jeżistu, biż-żwiemel fil-lukandi u x’naf jien, imma naħseb dawk huma biss il-bidu..
Li jiskantani hu kif il-bniedem għadu jrid. Għandu 72 sena u qisu ma jridx jaf li jgawdi flusu għall-kwiet, fuq xi biċċa art enormi rinovata li tissodisfa kull xewqa u pjaċir immaġinabbli li jista’ jkollok. B’dawk il-flus kollha min hu miġnun tant li joqgħod jiddiskuti fuq kif sa jgħin gżira toqba f’nofs il-baħar Mediterran? Ngħid id-dritt - kieku jien niġi naqa u nqum, speċjalment jekk il-Prim u l-Viċi tal-gżira li jiġu joqgħodu jifirħu li jżommu mal-Inter. Jien ngħid li bilfors hemm xi ħaġa li għadna ma nafux - xi ħaġa tinten daqs taħt id striker ta’ xi minivan kollu tattoos u bis-suf ħiereġ minn taħt dak il-flokk ta’ taħt tipiku tal-mestjier...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home