MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Tuesday, June 10, 2008

Russian Malta

Wenzu Mintoff wonders what would have happened to Malta if the Treaty of Amiens had been implemented. The Treaty signed in 1802 had temporarily ended the hostilities between France and the United Kingdom during the French Revolutionary Wars and restored Malta to the Knights. From Mill-Misrah:

..Bil-ħaqq, jgħidu li kien hemm żmien fil-perjodu ta’ bejn iż-żewġ gwerer fejn Winston Churchill kien qed jikkorrispondi ma’ Mussolini biex ipartat lil Malta ma’ parti mill-Eritrea. Imbagħad hawn ċerti kittieba ta’ l-istorja li jsostnu li saħansitra anki l-Perit Mintoff kien hemm żmien fil-bidu tas-sittinijiet meta dan kien qed ipaspar li Malta ssir parti mill-Italja.

Intant wara li Napuljun keċċa lill-kavallieri minn Malta, ħafna mill-Kavallieri kienu spiċċaw sabu rifuġju f’San Pietroburgu fir-Russja. Eventwalment l-Imperatur Pawlu I kien elett bħala Gran Mastru ta’ l-Ordni u dan it-titlu ġdid tiegħu kompla jissaħħaħ wara li abdika minn Gran Mastru Ferdinand von Hompesch. Meta kien ffirmat it-Trattat ta’ Amiens bejn Franza u r-Renju Unit fl-1802, Malta u Għawdex għaddew lura f’idejn l-Ordni tal-Kavallieri u kienu dikjarati bħala newtrali. Imbagħad issib lil min jgħidlek li n-newtralità ta’ Malta m’għadhiex rilevanti.

B’hekk li kieku l-Kavallieri ġew lura Malta, seta’ ġara li eventwalment konna nsiru parti mill-Imperu Russu u nitmexxew direttament mill-Kremlin u konna niġu ottu aktar milli aħna. Imma li kieku waqa’ u kiser siequ. Lil hinn mid-dinja tal-fanta-politika, hawn minn isostni b’niskata raġun, li x-xeni li rajna fil-ftuħ tal-Parlament il-ġdid kienu jixbhu ħafna x-xeni li rajna fil-Kremlin ftit tal-jiem qabel, bil-miġja ta’ dak li llum suppost huwa l-President ġdid tar-Russja, Dimitry Medvedev...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home