The message of Leonard Cohen
Toni Abela, who is one of four candidates for the post of MLP deputy leader, blogs about why the music of Leonard Cohen is so important in his life:
Il-muzika tal-kantant Kanadiz Leonard Cohen tinzilli ghasel. Anzi wara gurnata xoghol mimlija taqtiegh tal-qalb fil-politika, ingustizzji li niltaqa' maghhom fil-kurruduri tal-qorti u l-problemi tal-familja li jissigillaw il-gurnata, il-muzika ta' dan il-kantant qiesha xita ta' ruggata friska f'nofs id-desert.
Il-muzika tieghu hija tahlita ta' poezija, sesswalita' dinjituza, u religjon f'sens wisgha. Meta tismaghha jidhol fik sens ta' sliem u tinfdek is-serenita'. Leonard gej minn familja Lhudija u fi kliemu u l-muzika tieghu tisma' jidwi l-bikja tat-tama tar-religjon li twieled fiha. Hemm prezenti f'kull kelma li jkanta u jikteb, l-gherf ta' min harab mill-persekuzzjoni tal-intolleranti u tal-ispiritwilta' li l-poplu Lhudi garr mieghu kull fejn mar.
F'dan il-mument difficli li ghaddej minnu bhalissa, Leonard biss izommni kumpanija. Fi ftit jiem ohra inkun inqtajt mid-dinja… hlief minn ma' Leonard.







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home