Healthy politics
Owen Bonnici, who will be the youngest MP when parliament re-convenes on May 10, blogs about why politicians need to be healthy:
Jekk hemm haga li mmissjajt matul l-ahhar sitt gimghat ta’ kampanja elettorali kien il-gym. Jiena nghodd ruhi bhala wiehed minn dawk illi jekk ma naghmilx imqar siegha ezercizzju kuljum, inkun inqast lejn is-sahha u l-benessere fiziku tieghi. Jien inhares lejha hekk - bl-istess mod li hu mehtieg li wiehed jiekol u li wiehed jorqod, hekk ukoll hu mehtieg illi wiehed jaghmel mill-inqas 30 minuta ta’ dak li jissejjah ‘cardio’, cioe’ ezercizzju li jhaddem il-qalb (bhal mixi jew giri).
Hafna nies bi 30 minuta ‘cardio’ ikollhom hajja tajba u f’sahhitha. Jien, u nahseb hafna Maltin bhali, 30 minuta ezercizzju kuljum m’huwiex bizzejjed. Irrid ukoll nikkontrolla u naghzel l-ikel li niekol.
Ghamilt zmien, nahseb iktar minn sena u nofs, li bl-ghajnuna ta’ Sue, l-instructress tal-gym li niffrekwenta jien, sibt rutina u di fatti kont hassejtni f’sahhti iktar minn qatt qabel u komdu iktar bid-dehra tieghi f’affarijiet bhalma huma programmi tat-televixin jew f’laqghat tal-massa. Jekk tkun komdu bid-dehra tieghek, il-messagg jasal bil-wisq ahjar u b’mod iktar seren. Wara kollox l-ewwel ma tiekol l-ghajn.
Sue kienet ghallmitni li l-mod ta’ kif gisem taghna juza l-ikel li nieklu hu bhal magna ta’ karozza. L-importanti hu li l-magna ma titfihiex u terga’ tixghelha imma thalliha startjata l-gurnata u l-lejl kollu. Biex taghmel dan importanti li lill-gisem taghna taghtih jiekol b’mod spiss u ordnat - idealment kull tliet sieghat, jekk jista’ jkun bl-arlogg - u dan sabiex il-magna tibqa’ l-hin kollu ghaddejja tithan u tahraq l-ikel...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home