MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Friday, January 11, 2008

Enzo Biagi

Minister for Rural Affairs and the Environment and Lazio supporter George Pullicino blogs regularly here. In this post he writes why he was saddened by the demise of journalist and writer Enzo Biagi:
..Biex inkun onest qisha spiccat bicca minn hajti. Kont insegwi sew il-programmi tieghu specjalment fuq ir-RAI. Kien joghgobni s-sens tad-dettall li kien jidhol fih. Meta jaqbad suggett ma kienx sempliciment imiss il-wicc tal-problema imma kien jidhol fil-fond, tant li anke jekk ma tkun taf xejn fuq dik il-materja, wara li tara programm tieghu tkun qisek qrajt xi erba' kotba !

Dario Fo illum qal "Il-mewt ta' Biagi hija luttu nazjonali". Nahseb li Dario Fo jippermettili nghid li fil-fatt nemmen li hija luttu tal-gurnalizmu liberu ewropew. Biagi jirraprezenta epoka shiha tal-gurnalizmu li kien kapaci mhux jirraporta izda janalizza l-bidliet li ghaddiet minnhom l-Italja u l-kumplament tal-Ewropa. Gurnalist li qatt ma ddejjaq ifittex il-verita' anke meta kien jaf li qed idejjaq lil xi whud.

Enzo Biagi li kien minn Bologna, kien kittieb ta' kuxjenza socjali li qatt ma ddejjaq jahbi l-ispirazzjoni nisranija tieghu. Mons. Ravasi, President tal-Kummisjoni Kultura tal-Papa kellu ragun meta qal "aveva un'anima spontaneamente cristiana e che nei suoi libri non mancava mai una dimensione spirituale". Enzo insellimlek !
Biagi quotes

Anonymous Sylvan said...

Robert, fuq din ma naqbilx mieghek u naqbel ma' dak li bloggja Sandro Vella:

source

L-impjegat tagħna George Pullicino jibbloggja:
Arja aktar nadifa b'inċeneratur modern.

Fit-tislima tiegħu lil Enzo Biagi l-impjegat tagħna ddikkjara onestament li mal-mewt tal-ġurnalista spiċċat biċċa minn ħajtu. Kieku f’Malta jeżisti ġurnalist bħal Enzo Biagi, il-ħajja ta’ Pullicino kienet tispiċċa kollha.

F’dan l-artiklu dwar Enzo Biagi, Pullicino jikteb: “Naħseb li Dario Fo jippermettili ngħid li fil-fatt nemmen li hija luttu tal-ġurnalizmu liberu ewropew.” Dario Fo rebaħ il-Premju Nobel għall-Letteratura 1997 għax ta dinjità lill-opressat bl-intermezz tal-giullare tradizzjonali. Pullicino l-anqas irnexxielu jirbaħ il-bajda ta’ l-għid fit-tombla, imma l-intermezz tal-buffu rnexxielu tassew.

Dario Fo dwar l-inċenerituri: ( 27 ta’ Mejju 2006 )

Irridu li t-tfal jilgħabu qalb il-pjanti u l-kampanja..u ankè l-anzjani jkunu jistgħu jgħixu l-ħajja tagħhom...jiem sereni, forsi mank jilgħabu bil-boċċi fil-pjazza tad-Duomo!

Forza! Ejja nirrabbjaw lis-soċjetà tal-propjetàjiet, l-imprendituri, il-produtturi tal-karozzi u ta' l-inċenerituri! Ejja nnadfu Milan mill-infezzjoni ta’ dawn in-nies. Ejja nieħdu lura s-sema, l-istilel, l-arja, il-ħajja.


source 2

Fit-tislima tiegħu lejn Enzo Biagi jikteb: “Naħseb li Dario Fo jippermettili ngħid li fil-fatt nemmen li hija luttu tal-ġurnaliżmu liberu ewropew.” George Pullicino jikteb dwar Dario Fo qisu Dun Karm qed jikteb l-innu tal-partit laburista.

Miskin Enzo. Wara mewtu kellu jiflaħ li Berlusconi ma jammettix li kien hu li keċċih mix-xena televiżiva: issa wkoll issemma fil-blog ta’ Pullicino. Dan Biagi kellu jkun vera xortih ħażina.

Robert, dwar il-mobile u l-Lazio.

Il-mobile tal-ministri jaqgħu wkoll taħt it-taxxi tagħna?

“Illejla bgħatt sms ta' solidarjetà lil President tal-Lazio, Lotito, f'dan il-mument diffiċli.” 

Wednesday, January 16, 2008 10:18:00 PM

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home