Schengen
Numru mhux hazin ta' snin ilu Bob Dylan kien ikanta li „the times they are achanging". Wiehed jifhem li z-zminijiet jinbidlu dejjem u ma kienx hemm bzonn li xihadd jintebah b'dan fis-snin sittin. Ftit jiem ohra u nibdlu l-munita u z-zminijiet taghna wkoll ikunu qeghdin jinbidlu bhalma ilhom jinbidlu minn dejjem.
Il-gimgha l-ohra numru ta' Stati-Membri ta' l-UE addottaw il-ftehim ta' Schengen, li fisser li qsim tal-fruntieri issa jista' jsir facilment minghajr htiega ta' identifikazzjoni. Miniex se naghmel diskors iehor dwar dan il-pass, imma xtaqt nghaddi kumment fuq l-ewwel esperjenza tieghi – bhala vjaggatur – tal-ftehim ta' Schengen.
Is-Sibt 22 ta' Dicembru 2007: xi l-hdax u nofs ta' billejl. Ninsab f'karozza kbira li telqet mill-ajurport ta' Vjenna, diretta lejn Bratislava (vjagg ta' xi siegha u ftit aktar). It-triq, arterja principali li tghaqqad Vjenna ma' Bratislava miftuha xi tliet xhur ilu, m'ghandhiex fanal wiehed. Hemm biss id-dlam cappa u bozoz zghar homor fil-qcacet ta' l-irdieden tar-rih. Dlam. Dan id-dlam nessieni l-kitch tat-tizjin tal-Milied li f'Malta ilu jixghel xi xahar jekk mhux aktar. Kitch. Hawn hawn biss id-dlam. Imbaghad l-esperjenza Schengen. Noqorbu lejn il-fruntiera li tifred l-Awstrija mir-Repubblika Slovakka. Sa ghoxrin sena ilu dan ic-checkpoint kien wiehed mill-pnatar tal-purtiera tal-hadid: il-Punent jiltaqa' mal-Lvant. Sa sena ilu, meta allura l-purtiera tal-hadid kienet ilha ftit mhux hazin li nfetqet u z-zewg stati kienu mghannqa fl-istess unjoni, il-passaport tieghi, bil-kliem tad-deheb UNJONI EWROPEA stampati fuqu, kien jaqla' ftit tad-diskussjoni bejn l-ghassiesa tal-fruntieri: kien jingabar, jittiehed fil-kabina, jnxteghel il-kompjuter, tinqara l-lista ta' stati membri ta' l-UE, xi mkien 'l isfel kienet tidher il-kelma MALTA u mbaghad konna nistghu nsuqu. Imma llum kemm il-kabini Awstrijaci u kemm dawk Slovakki kienu mitfija u, fejn is-soltu kont tara serbut ta' karozzi u iehor itwal ta' trailers, illum kien hemm biss dlam. Bqajna ghaddejin qisna dorna ma' roundabout semplici u ma waqqafna hadd ghax ma kien hemm hadd min iwaqqafna.
Iz-zminijiet inbidlu. Min jaf kemm suldati ghassew din il-fruntiera, kemm passaporti ngabru u kemm mistoqsijiet saru. U min jaf kemm rapporti ntbaghtu lis-servizzi sigrieti li t-tali u t-talija ghadda mill-fruntiera u kemm -il file infetah. U llum, kwazi jnikktek id-dlam tac-checkpoint u l-istrixxa ta' ftit metri ta' art li m'hi ta' hadd m'ghad ghandha ebda sinifikat. U lanqas il-kafe' li kien ibigh is-sigaretti lil min ikun qed jaqsam m'ghadu miftuh.
U l-bnadar m'ghadhomx jittellghu: l-arbli nehhewhom minn fejn kienu.







I would have thought Robert would have put a trackback here :-)
My comment, and an invitation
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home