MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Sunday, December 30, 2007

L-eternita' tas-skiet

Forsi l-eta', forsi l-esperjenza, forsi c-cirkustanzi godda ... dawn l-ahhar snin sirt napprezza hafna s-skiet. Jien u nittajpja din il-bloggata, inhares 'il barra mit-tieqa u nara l-immensita' tas-silg u nisma' dik li Keats sejhilha l-eternita' tas-skiet. 'Il boghod mill-hamba tan-nies u mit-toroq ifullati li nimmagina hemm fil-Belt bhalissa, inhoss bhal sens ta' energija li lura fuq il-Blata rari, jekk qatt, inhossu.
Madankollu, difficli ninsa li din hija biss harba ta' ftit granet. Xihadd ta lit-tifel cerva tal-Milied tkanta u taqbez kollha storbju, u l-hoss taghha jippenetrali rasi. Ripetutament din ic-cerva thanxar "let it snow, let it snow". Inutli tippjana trobbija kwieta ghat-tifel tieghek, ghax l-istorbju huwa seducenti wisq.
Kif ghidt, din hija harba ta' ftit jiem, u ma nafx kemm jien kapaci nsostniha ghal zmien itwal. Wara kollox jien wild il-karozzi jdahhnu huma u ghaddejjin b'kemm ghandhom sahha minn Triq Haz-Zabbar, wild l-ghajat ta' Sunta ma' zewgha Leli ghax dam il-kazin jilghab il-karti (anki jekk Leli kien bil-kelb fil-kantuniera), wild Giela tghajjat man-neputija ghax harget bil-halterneck u x-shorts meta kien hemm it-tifel ta' Censina jittawwal mill-bitha, wild il-kampnar enormi jqanpen bla waqfien, wild is-suq jarma ma' sbih Alla, wild il-carcades tal-politika ghaddejin u tal-football ta' ma nafx min aktar. Jien wild il-hoss u l-qawwa u l-folol li jahbtu mieghek u jrossuk. Imma ghalissa, ghal ftit jiem, il-hoss m'ghandux hoss, u l-ghajnejn jaraw il-kobor abjad, jaraw il-boghod li m'ghandux tarf. Sakemm taqleb is-sena l-gdida, forsi xihadd jispara xi tuzzana trikki trakki u mbaghad jerga' s-skiet.
U mbaghad, bhalma kiteb Kalil Gibran, waqt li n-natura tifrex dirghajha biex titlobna ngawduha, niddejqu bis-silenzju taghha, u nitilqu nigru lura lejn il-bliet iffullati bhal naghgiet mahruba mill-ilpup.

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home