MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Thursday, November 01, 2007

Unchanging slavery

In his new blog Sandro Vella takes a cue from Beppe Grillo to discuss the nature of work in modern times:
“Schiavi Moderni huwa ktieb ta’ vuċi ta’ ġenerazzjoni mitlufa. Ktieb ta’ xhieda. Fl-Italja għaddejja gwerra minn taħt kontra ż-żgħażagħ. Paga baxxa. Impjegati għal żmien limitat, ankè għall-week-end wieħed. Bla prospettivi. Jekk iż-żgħażagħ tagħna wara d-diploma, wara l-gradwazzjoni, jsiru skjavi taħt il-liġi, x’futur jista’ jkollha l-Italja?” sors: www.beppegrillo.it..

..F’dawk l-erba’ sigħat tal-ħin liberu jmur ifittex part-time u niltaqa’ miegħu jservini tazza ħalib f’kafetterija. U minn tmien sigħat allokati għal raqda u mistrieħ juża ħamsa minnhom. Dan il-waiter universitarju skopra l-ilma sħun meta xewa jdejh u kisser platt u l-imgħallem part-time ġagħlu jħallas il-platt. Dan il-waiter universitarju skopra li m’hu rappreżentat minn ħadd fuq l-ebda settur. La qabel imur għax-xogħol. La waqt ix-xogħol. Lanqas wara l-ħin tax-xogħol.

Dan il-waiter tgħallem ħafna suġġetti obbligatorji u kellu jpoġġi għall-eżamijiet tagħhom: Studji Ambjentali, Għarfien Reliġjuż, Xjenza Avvanzata u tgħallem ukoll suġġetti li kellu bżonn għas-sodisfazzjon ta’ ħajtu: Psikoloġija, Soċjoloġija u Filosofija. Kollox għaż-żeta. L-unika raġuni li ma telaqx minn Malta hija li għandu ommu marida minħabba l-istudji ambjentali.

Il-battalja lejn dawk li suppost jirrapreżentawna m’għandhiex tkun dwar in-nisa topless iżda dwar din l-iskjavitù moderna għax b’din l-iskjavitù: topless se jispiċċa kulħadd. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek (anonima u le) bħala ħaddiem jew student billi tibgħat e-mail fuq info@sandrovella.org. Irrakkonta dwar il-paga. Dwar il-ħinijiet. Dwar il-flessibilità. Dwar dak li l-gvern mhux jaghti każ. Dwar id-drittijiet u r-rispett. Dwar il-paroli fil-vojt. Dwar ix-xogħol innifsu. Dwar iċ-ċertifikati tiegħek u fejn qed jiġu stmati eċċ. eċċ. eċċ...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home