MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Tuesday, May 15, 2007

Hysteria

Immanuel Mifsud takes a critical view of the reactions to Malta's Eurovision performance:

..Issa din il-kantanta ħadmet ħafna biex il-pajjiż li rrappreżentat (il-pajjiż li investa fiha eluf ta' liri biex tkun tista' tmur tkanta Ħelsinki) jgħaddi mis-semi-finali, imma din il-missjoni falliet. Naħseb li din hi xiħaġa minn ewl id-dinja: jekk qiegħed tikkompeti tista' tirbaħ, tista' titlef. Kollox sew, kien hemm ħafna li ħassewhom iddiżappuntati għax ippretendew (bħalma jagħmlu kull santissma sena) li l-kanzunetta Maltija (kantata bl-Ingliż) kellha mhux biss tgħaddi għall-finali, imma kellha tirbaħ l-istess finali wkoll. Kollox sew, hija xiħaġa naturali li jekk ikollok fiduċja fik innifsek, li jekk tgħożż daqstant il-kultura ta' pajjiżek, li jekk tħobb daqstant lil pajjiżek, tħossok iddiżappuntat. Imma dak li deher fuq il-programm Xarabank l-għada ta' din it-telfa, kien taħlita ta' isteriżmu patetiku ma' dak grottesk li fakkar li xi wħud li l-parrokkjaliżmu għadu verita' sagrosanta f'Malta..

Id-diżappunt tiegħi huwa li l-pajjiż reġa' nefaq eluf kbar ta' liri biex intellgħu trupp għal festival li sar id-daħqa ta' kulħadd - minbarra ta' dawk li filwaqt li jgħidu li ma jeħduhx bis-serjeta' issibhom hemm bl-id tag daqs dinja fuq sidirhom. Id-diżappunt tiegħi hu li għadna nemmnu li din hija xi okkażjoni importanti fejn il-pajjiż jieħu exposure madornali u li grazzi għal dan kollu r-rati tat-turiżmu se jisparaw is-sajf li ġej. Id-diżappunt tiegħi hu li programm bħal Xarabank, jekk ma jagħmel xejn tajjeb, jirnexxilu joħroġ fil-beraħ is-sindromi l-aktar patetiċi ta' "Malta li qamet maħsuda l-għada tas-semi finali" u allura jfakkarni f'dawk l-affarijiet li nagħmel minn kollox biex ninsa. Id-diżappunt tiegħi hu li għadna nemmnu li aħna l-magħżulin u li l-metafora ta' l-Ewropa ta' Kajin mhijiex midfuna għal kollox...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home