MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Tuesday, October 10, 2006

Aaron Farrugia's Diary

iPod addict Aaron Farrugia is the Deputy mayor of Ta'Xbiex and former President of the Labour Youth Forum. He has set up a blog here. In this piece he discusses the youth policy document launched this past weekend by the Labour Party:
..Qed ikun propost ukoll li gvern Laburista ġdid bi ftehim ma’ min iħaddem u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, jara li jinħoloq fond nazzjonali għat-taħriġ kontinwu. B’dan il-mod il-ħaddiema jaġġornaw il-ħiliet tagħhom minn żmien għal żmien. L-abbozz Laburista jitkellem ukoll dwar zghazagh li qed ikunu sfrutatti fuq il-postijiet tax-xoghol taghhom u jghid li gvern Laburista ġdid ikun viġilanti sabiex ma jseħħux dawn it-tip ta’ abbużi. Fl-istess hin gvern Laburista gdid jagħti prijorita` lill-implimentazzjoni tal-miri ta’ Lisbona u l-Patt Ewropew taż-Żgħażagħ bil-ghan li tkun miggielda l-problema ta’ l-illitteriżmu u pajjizna joffri impjiegi żguri u ta’ livell għoli..

Proposta ohra hija li gvern Laburista ġdid fiżikament jiċċentralizza l-amministrazzjoni u t-tmexxija ta’ l-entitajiet kollha mhux governattivi taż-żgħażagħ f’bini wieħed. Dan iċ-Ċentru Nazzjonali taż-Żgħażagħ joffri spazju fost l-ohrajn għal laqgħat u konferenzi.F’dik li hija politika dwar is-sahha taz-zghazagh, l-abbozz ta’ pjan Laburista jitkellem fost l-ohrajn dwar l-obesita, it-tqala fost l-adoloxxenti, id-droga u l-alkohol...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home