MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Sunday, June 25, 2006

Il-Budaj

Better known as 'Il-Budaj', the singer who brought folk singing to the cultural maintream, earned his nickname from a football player who played for Honved Budapest - the most feared European football team in the mid-fifties. Charles Flores writes about the legacy of Maltese folk legend Frans Baldacchino who died last week. :

Bil-mewt bikrija ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’ bla dubju waqfet hesrem l-isbah ghanja. Waqt li jsellem lil Frans, Charles Flores jaf li m’hemmx kejl kif tista’ tqis il-vojt li halla warajh ‘Il-Budaj’, kif m’hemmx kliem bizzejjed biex tfisser il-fondoq li halla fil-qlub ta’ dawk li kienu jafuh kemm bhala ghannej, kif ukoll bhala habib...

Il-mewt bikrija ta’ Frans Baldacchino ‘Il-Budaj’ hasdet lil hafna li kienu jafuh u jghozzuh bhala habib. Ghax l-ewwel u qabel kollox, Frans kien bniedem b’qalb tad-deheb, dejjem lest jisma’ u moghni b’modestja li tghaggbek meta tqis il-hiliet artistici kbar li kellu u l-popolarità li kien igawdi fost gensu.

Meta nhasad minn fostna Frans Baldacchino, waqfet hesrem l-isbah ghanja Maltija. Kien hu l-ghannej li rega’ ta identità lill-ghana tradizzjonali Malti billi ma ddejjaq xejn jibdel u jesperimenta, billi jsostni l-htiega ta’ versi tajbin, ta’ daqq serju tal-kitarra u ta’ l-uzu u t-thaddim ta’ lehen li jiftiehem mill-kotra li regghet bil-hrara tisma’ fil-hwienet, fl-imsierah u sahansitra f’fortizzi ta’ pregudizzju kontra t-tradizzjoni popolari bhalma huma l-Università u l-Palazz tal-President.

Ma’ Frans Baldacchino ma kienx ilni wisq li qattajt ftit hin tal-mistrieh. L-imhabba taghna ghall-poezija minn dejjem gibditna ghal xulxin. It-tnejn li ahna kellna lil Karmenu Vassallo bhala wiehed mill-poeti favoriti taghna, u t-tnejn li ahna ndommu l-versi, anki jekk fi stili ghal kollox kontrastanti. Iltqajna fil-kumpanija ta’ habib taghna t-tnejn – Manuel Casha, kittieb, kompozitur u studjuz tal-ghana li kien ghadu gej mill-Awstralja – biex morna kilna bukkun flimkien u billejna grizmejna b’daqsxejn inbid...
More by Toni Sant and by Gerald Fenech

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home