Europe Day
Malta nghaqdet mal-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea biex tfakkar Jum l-Ewropa li jfakkar f’meta fl-1950 kienet ffirmata d-dikjarazzjoni ta’ l-eks Ministru Franciz Robert Schuman li serviet bhala pedament ghat-twaqqif ta’ l-Unjoni Ewropea. Minn l-orizzont:
Ghal din l-okkazjoni li saret taht il-patrocinju tal-Presidenza Awstrijaka ta’ l-Unjoni Ewropea, saru numru ta’ attivitajiet fosthom dibattitu ma’ l-istudenti dwar l-Ewropa f’Dar il-Mediterran u qari ta’ stejjer dwar temi Ewropej fi Pjazza Regina. L-attivitajiet lahqu l-qofol taghhom b’cerimonja tat-tlugh tal-bnadar Ewropej u l-qari tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman quddiem il-Palazz fi Pjazza San Gorg..More from MaltaMedia
Ftit qabel nofs in-nhar f’27 belt kapitali madwar l-Ewropa li jinkludu Sofija u Bukarest, il-pubbliku nghata c-cans li jduq ftit mid-diversità kulturali ta’ l-Ewropa permezz ta’ qari ta’ letteratura kif ukoll permezz ta’ helu tradizzjonali li kien servut lil dawk li kienu prezenti. Dan l-avveniment, imsejjah Cafè d’Europe, sar f’kafetteriji maghzulin fi bliet Ewropej bil-parte-cipazzjoni ta’ kittieba maghrufin fosthom Vaclav Havel fi Praga, Eva Demski f’Berlin u Timothy Garton Ash f’Londra..
Fl-okkazjoni ta’ Jum l-Ewropa tqassmet madwar l-ibliet Ewropej edizzjoni specjali tal-gazzetta Frankfurter Allgemeine Zeitung b’artiklu dwar kull pajjiz membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Fl-artiklu dwar Malta, l-artikolist Heinz-Joachim Fischer jikteb b’mod simplistiku u negattiv dwar l-istorja ta’ Malta u b’mod partikolari fil-konfront tal-Partit Laburista...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home