MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Monday, April 24, 2006

Monument to Agatha Barbara

A monument to former president Agatha Barbara was inaugurated yesterday:

Il-komunità Zabbarija l-bierah inghaqdet biex tat gieh lil Agatha Barbara li bla dubju ta’ xejn tibqa’ mfakkra bhala l-akbar personalità li harget minn hdanha, l-aktar minhabba li dejjem iddistingwiet ruhha bil-kisbiet kbar li ghamlet bhala mara li kienu lahqu l-qofol taghhom bil-hatra taghha bhala President tar-Repubblika ta’ Malta.

Agatha Barabara, il-mara mill-misrah ta’ Haz-Zabbar kif hi stess kienet thobb issejjah lilha nnifisha, kienet l-ewwel Maltija li qatt harget taghmel meeting fil-berah f’Malta, u l-ewwel li resqet quddiem l-elettorat Malti fi zmien meta l-politika kienet tehtieg aktar kuragg, morali u fiziku, minhabba d-diskriminazzjoni tal-klassi u tas-sess li kienet tezisti f’kull sfera tal-hajja.

Fl-1947 kienet l-ewwel mara li qatt giet eletta fil-Parlament (fejn dejjem baqghet tigi eletta sa l-ahhar elezzjoni generali li kkontestat fl-1981) u fl-1955 kienet l-ewwel mara Maltija mahtura Ministru tal-Kabinett. Fis-16 ta’ Frar 1982 imbaghad intghazlet bhala t-tielet President tar-Repubblika u sal-lum ghadha l-unika mara li serviet f’din l-oghla kariga li joffri l-pajjiz.

Il-memorja ta’ Agatha Barbara issa se tibqa’ hajja kif jixraq, anke fost il-generazzjonijiet futuri, permezz ta’ monument li sarilha fi Triq is-Santwarju f’rahal twelidha. Dan sar fuq inizjattiva li kien ha l-Kumitat tal-Partit Laburista ta’ Haz-Zabbar meta ftit jiem biss wara mewtha wassal biex inhatar kumitat organizzattiv, b’rapprezentanza tas-socjetajiet u ghaqdiet tal-lokalità, li ha hsieb jigbor il-fondi mehtiega biex seta’ jsir dan il-mafkar...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home