MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Sunday, April 09, 2006

Charles Xuereb the Communicator

Charles Xuereb talks to fellow author Charles Flores about his upbringing, cultural influences and his colourful career. They are both giants of modern Maltese journalism :

..Aktar ma beda jghaddi z-zmien, aktar Charles beda jhoss li postu kellu jkun fil-midja, jew talanqas f'wiehed mill-mezzi ta' komunikazzjoni umana. Triqtu sal-lum hadet dik il-moghdija - beda bhala gurnalist fl-istampa, dahal jghallem fl-iskejjel u sar midhla tar-radju sakemm stabilixxa ruhu fil-qasam tat-televizjoni mhux biss bhala prezentatur simpatiku u produttur ta' hila, izda anke bhala quiz master eccellenti tal-bixra ta' Mike Buongiorno fl-aqwa tieghu. Dawk il-jiem sbieh tat-tfulija li qatta' jirrakkonta u jistaqsi lit-tfal shabu fuq l-ghatba tad-dar fi Triq Brighella kienu hallew il-frott taghhom..

"Kont bdejt niehu sehem attiv fl-ghaqda tad-dibattiti u dhalt fil-pika bejn l-istudenti ewlenin ghal min kien se jkun kapaci jaqra l-ixkaffi kollha tal-kotba qabel kulhadd. Niftakar lil Charles Abela Mizzi, li wara sirt kollega tieghu fil-qasam tax-xandir nazzjonali, jaghtini l-ewwel lezzjonijiet tal-Malti fil-livell Sekondarju u kien sahansitra ghamilni l-prefett tal-klassi, sakemm tlabtu jnehhini ghax ma kienx qed jibqaghli hin ghall-qari. Warajh kelli lil Guzè Chetcuti. "Fil-klassi mieghi kelli lil Gorg Borg, illum poeta maghruf mis-snin sittin. Niftakru jghallimni r-regoli tal-poezija li issa kont bdejt nithabbeb maghha."

Dak it-tfajjel kwiet izda determinat u konvint minn triqtu, beda diehel fiz-zghozija. Mal-Malteen u l-ghaqdiet tat-tfajliet u l-guvintur flimkien, kellu ukoll il-passjoni ghall-qari tal-kotba dwar James Bond, ikona ohra tas-snin sittin. "Ian Fleming kien awtur mill-aqwa u x-xoghlijiet tieghu m'ghandhomx jitqiesu bil-lenti tal-films li saru dwarhom," qalli bilgri meta nfurmani li ghandu l-kollezzjoni shiha tal-kotba ta' Fleming.

Kien ghalhekk wasal il-waqt tat-tieni nofs tas-snin sittin meta Charles Xuereb dahal ukoll fil-qasam letterarju ta' pajjizna. Iz-zghazagh tal-'mixed youth clubs' issa kellhom interessi godda. Twieled il-Moviment Qawmien Letterarju. Charles Xuereb sahansitra hareg l-ewwel ktieb tieghu - Kalejdoskopju (1969) - flimkien ma' Pawlu Cachia u certu Charles Flores. L-gheruq lahqu xxettlu. Bdiet titnissel karriera li ghadha sejra sal-lum. Il-komunikatur naturali m'ghandux kwiet. Charles Xuereb li nafu...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home