Spring poetry
Immanuel Mifsud celebrates Spring with poems by Adrian Grima and Daniel Massa:
Dalgħodu qomt kmieni apposta biex nitfa' r-Rit tar-Rebbiegħa ta' Igor Stravinski fl-istereo. Ritwal antik dan tiegħi, li jseħħ kull bidu tar-rebbiegħa. Meta kont għadni nippreżenta l-programm tiegħi ta' mużika klassika tas-seklu 20 fuq ir-Radju Bronja (Requiescant in Pacem) kont ninkludi mqar silta minn dan il-kapulavur kull 21 ta' Marzu: merħba tant poetika għall-istaġun tal-poeti.
La qed insemmi l-poeti forsi tajjeb li wieħed ifakkar li l-UNESCO tiċċelebra Jum il-Poeżija propju bħal-lum. Għaldaqstant xtaqt nagħti omaġġ lill-poeti... għax inħobbhom, għax inħobb dak li jagħmlu meta jkunu fil-vena li jaħlu l-ħin. U għażilt li ntella' żewġ poeżiji ta' kittieba li nistima ħafna propju biex niċċelebra jien ukoll dan Jum il-Poeżija fuq il-Blobb tas-Sibt Filgħaxija...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home