Oreste Kirkop
Inawgurat monument f’gieh Oreste Kirkop fit-Teatru Manoel, from L-Orizzont:
Monument tat-tenur Oreste Kirkop kien inawgurat fil-bitha tat-Teatru Manoel waqt attività kommemorattiva organizzata bhala parti mill-festival ta’ l-opra organizzat mill-Bank of Valletta. Din l-attività saret biex jinghata gieh Oreste Kirkop li kien maghruf bhala it-”tenur Malti” meta lahaq il-quccata tal-karriera internazzjonali tieghu fis-snin hamsin. Kirkop, li twieled il-Hamrun fis-26 ta’ Lulju 1923 u miet tmien snin ilu fl-età ta’ 74 sena, kiseb stima u fama kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Istati Uniti.
Oreste Kirkop ghamel id-debutt tieghu f’Malta fit-22 ta’Frar 1945 meta hadem il-parti ta’ Turiddu fil-Cavalleria Rusticana, l-opra ta’ Mascagni. Bice Ciappara kienet ghamlet il-parti ta’ Santuzza. Wara dan id-debutt, Kirkop hadem partijiet ewlenin f’opri bhal Madame Butterfly, Tosca u Faust.
Il-karriera ta’ Kirkop hadet zvolta qawwija permezz ta’ avveniment storiku li sehh fit-Teatru Manoel f’Dicembru 1948. Waqt li kien qieghed isegwi l-opra Rigoletto ta’ Verdi minn fost l-udjenza, it-tenur Taljan Vernardo Serafini inhanaq u ma setghax ikompli. Kirkop kien mitlub jiehu postu u b’wirja famuza minghajr preparazzjoni kompla l-parti b’success...







It would be nice to be able to read this in English. I am an old friend of Oreste, since 1952 and he, and his wife Tessie, were booked to visit us in London for his 75th birthday. He sadly died two months before that, after a minor operation in Malta.
His 10th Anniversary falls on Saturday, the 10th May '08.
A great person and a gentleman. We miss him sadly
Josef & Josephine Kemper
Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home