Media survey
Fost il-fatturi ewlenin li johorgu minn stharrig indipendenti dwar il-qasam awdjo-viziv f’Malta nsibu li l-pubbliku Malti mhux kuntent bil-kwalita’ ta’ programmi lokali li jixxandru fuq l-istazzjonijiet Maltin tat-televizjoni. Mill-Orizzont:
Din il-fehma negattiva tal-pubbliku Malti tinhass l-iktar fir-rigward ta’ programmi sportivi, programmi ghat-tfal u ‘reality shows’ li jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televizjoni. Parti sostanzjali minn dawk li hadu sehem fl-istharrig jghidu li ma jixxandar ebda programm ta’ kwalità fuq l-istazzjonijiet televizivi Maltin.
L-istharrig sar mill-kumpanija Ernst & Young li kienet kkummissjonata mill-Ministeru ghat-Turizmu u Kultura. Ir-rizultati ta’ dan l-istharrig kienu mhabbra mill-Ministru Francis Zammit Dimech f’konferenza ta’ l-ahbarijiet fil-kavallier ta’ San Gakbu. Huwa spjega li bhala Ministru responsabbli mix-xandir, irid li l-politika adottata minn zmien ghal zmien mill-Ministeru tieghu, tkun imdawwla minn ricerka professjonali.
L-istharrig ta’ Ernst & Young sar permezz tat-telefon b’kampjun ta’ 1,050 persuna bl-ghan li jistharreg kif jahsbuha il-Maltin dwar programmi televizivi ta’ kwalità, dwar programmi barranin u dwar il-preferenzi tal-Maltin rigward programmi tar-radju u tat-televizjoni.
Minn dawk li hadu sehem fl-istharrig kienu 19 fil-mija biss li jahsbu li l-programmi tat-tfal fuq l-istazzjonijiet televizivi lokali huma ta’ kwalita tajba. Dwar ir-‘reality shows’, kienu 28 fil-mija li qalu li dawn it-tip ta’ programmi huma tajbin bhala kwalità. Ir-rizultati dwar drammi Maltin u programmi ta’ diskussjoni kienu aktar pozittivi b’madwar 60 fil-mija jghidu li huma ta’ kwalita’ tajba...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home