The end of the Malta Jazz Festival as we know it
Musician Sandro Zerafa laments the news of the end of Charles 'City' Gatt's association with the Malta Jazz Festival:
Il-jazz festival kien ifisser ħafna għalija. Ma tliftx jazz festival wieħed dawn l-aħħar ħmistax il-sena. Bdiet bħala sempliċi kurżita' fil-bidu. Ma kontx naf x'inhu jazz dak iż-żmien. Kienet kreatura stramba li kont qed nipprova nsib tarf tagħha. U bdejt ninteressa ruħi. Bdejt nixtri d-diski. Bdejt nistudjaha din il-mużika. Billi ġewwa Malta l-unika opportunita' li nisimgħu jazz tajjeb kienet dak it-tielet weekend ta' Lulju f'Ta' Liesse, il-jazz festival kien sar importanti ħafna għalija. Fil-bidu ta' Frar kont immur inħabbat fl-uffiċju ta' l-organizzatur biex inkun naf min hu ġej Lulju li ġej.In Memoriam - Malta Jazz Festival by d; Malta Jazz Festival
Meta ddeċidejt li nsir mużiċist, kien minħabba l-jazz festival. Għadni niftakar l-enerġija li kien ikolli wara dak il-weekend. Dik is-sensazzjoni għadni nfittixha sa llum. Meta daqqejt l-ewwel darba quddiem ħafna nies kelli tmintax il-sena. Kont eċitat ħafna għax kien il-palk tal-jazz festival. U dak iż-żmien kont għadni qed niskopri l-jazz. Kont intimidat ħafna li ħa ndoqq qabel Joe Lovano. Meta ddeċidejt li nitlaq minn Malta, kien ukoll konsekwenza tal-jazz festival. Xtaqt li nkun f'post fejn stajt nitħallat ma' dawk il-mużiċisti li kont nara fuq il-palk f'Ta' Liesse. U jekk illum ninsab kuntent b'dak li għamilt dawn l-aħħar tmien snin ġewwa Franza, ma nistghax ma nirringrazzjax lill-jazz festival u lil Charles Gatt..
..U meta kont smajt bl-aħbar daqs xahrejn ilu fil-bidu kont kważi ħadtha biċ-ċajt. Imma meta saret uffiċjali, u meta rajt l-aħħar kumment li ħallewli fil-blog ta' qabel, qabadni ħafna dwejjaq...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home