Dar ix-xoghol
Pierre J. Mejlak reminisces on life inside the Qala PN Club before the 1987 general election:
..Il-każin kien dar kbira u antika b'żewġ bibien ħoxnin fuq barra. It-tnejn jinfdu fil-kamra tal-bar. Wieħed eżatt quddiemu u l-ieħor quddiem il-biljard. Wara l-bar kien hemm kamra kollha umdità u kaxxi tal-Lager, Hopleaf u Hi Spot. U f'nofsha kien hemm spiera fonda mgħottija b'injama.Dar ix-Xoghol 2; Dar ix-Xoghol 3
Il-bar kien tal-formajka kannella. L-istess injam kien imwaħħal dawramejt man-nofs t'isfel tal-ħajt tal-kamra. Imbagħad kien hemm speċi ta' armarju ta' l-aluminju b'televixin fuqu u bil-kaxxi tal-boroż fin-naħa t'isfel. Kien hemm Twistees u xi ħaġa oħra - li ma nistax niftakar x'kien jisimha. Ma' wieħed mill-ħitan kien hemm l-arma tal-partit. Kbira. Fuq in-naħa l-oħra kien hemm żewġ posters kbar tal-folol fil-mass meetings, fosthom wieħed b'folla kbira f'Ta' Qali - meta kulħadd żamm xemgħa f'idu - u taħtha l-kliem kbar Il-Poplu Wara Eddie. Kont nitla' fuq banketta u noqgħod niċċassa lejn dawk in-nies biex nara nsibx x'imkien lil ommi jew lil nannti...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home