Bloggerija
In a wide ranging blog entry, Antoine Cassar surveys the language traits of the bloggosfera. From Triq il-Maqluba:
Fl-intervista tiegħu mal-Malta Today, il-Prof. Manwel Mifsud saħaq fuq l-importanza tal-kreattività populari fit-tfassil u fl-evoluzzjoni tal-lingwa. Semma per eżempju l-ħolqien tat-terminu karta saħħara, u kif tafu, semma wkoll ir-realtà tal-'bloggin', li l-KNM isegwiha mill-qrib kif ukoll mill-bogħod. Mhux ta' b'xejn, għax il-preżenza tal-Malti (miktub tajjeb) fuq l-eteru għadha limitata, u fejn jidħol l-iskambju ħieles ta' ideat, lil hinn mill-bloggosfera –li André Rizzo darba sejħilha zuntier virtwali– il-panorama tista' tgħid m'hijiex wiesgħa daqskemm wieħed forsi jixtieq..
Skond dan il-glossarju ta' Rebecca Cefai u Immanuel, min jibbloggja huwa bloggej (mhux blog gay !). Il-kelma blogg, bid-doppja, inħolqot minn Mark fl-ewwel bloggata tiegħu, u jekk niftakar sew, kien Pierre li ħareġ bit-terminu bloggata. Id-diversi forom plurali possibbli tal-kelma blogg, kif ukoll il-konjugazzjoni tal-verb (i)bbloggja ddiskutejniehom hawnhekk. Fejn ma tantx kien hemm qbil kien dwar l-użu tal-kelma blogg mal-pronomi mehmużin: Jacques biddel is-sess tiegħu (tal-blogg, mhux tiegħu nnifsu) billi daħħal it-t marbuta u ħoloq il-forma bloggti; kumbinazzjoni nsibu eżempju ieħor fil-blogg ta' Mario...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home