Writings of a Caoimhin
Coemgen is touched by a sad Xmas story. From Writings of a Caoimhin:
Lejlet il-Milied tas-sena l-ohra, ghaggilt lejn is-supermarket biex nixtri l-ahhar ftit rigali li ma lhaqtx xtrajt qabel. Meta rajt dawk in-nies kollha kienet ser ittini rasi u bdejt ingorr wahdi, 'Nispera li ma nehilx hawn, baqghali tant fejn immur...!' "Il-Milied qed isir idejjaqni aktar, sena wara l-ohra. Nixtieq li norqod u nqum wara li jkun ghadda kollox!" Minkejja kollox ersaqt lejn is-sezzjoni tal-gugarelli. Tghidx x'qata' hadt meta rajt il-prezzijiet li l-gugarelli kienu mmarkati bihom. Possibbli li t-fal jilghabu bihom dawn! Kollox fuq kollox kelli nidhol u fil-pront innotajt tifel ta' madwar 5 snin izomm pupa ma' sidru. Kontinwament kien qieghed imelles xaghar il-pupa b'wicc mimli dieqa. 'Min jaf ghal min riedha dik il-pupa?'...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home