MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Saturday, December 24, 2005

Presepju

In this MaltaMedia feature, Brian Bonnici writes about his lifelong enthusiasma for cribs:

..Niftakarni li meta kull nhar ta' Sibt konna mmorru ghand in-nanna, f'dawn iz-zminijiet, kont nintefa quddiem il-presepju li kien jintrama f'dahla fil-hajt u ma kontx niccaqlaq minn quddiemu. Nistqarr li mhux darba u tnejn li hadt lill-pasturi passiggata madwar il-presepju kollu u bejn diskursata u ohra maghhom il-hin kien itir. Tista' tghid li d-diskursata dejjem kienet tkun dwar il-qaghda ta' hbiebi l-pasturi, il-post fejn tpoggew u l-paraguni bejn pastur tat-tafal u iehor ta-xemgha. S'intendi dan kont naghmlu meta kont inkun wahdi ghax allahares kienu jaqbduni imqar nahsel sieq xi pastur fl-ghajn..

Iva l-presepju jnissel fija entuzjazmu mhux tas-soltu, inissel paci li twasslek kwazi f'estasi (dan dejjem meta jkun lest, ghaliex waqt li nkun qed narmah mhux darba u tnejn li tlift il-pacenzja u wehel mieghi l-ghageb tal-presepju). Imbaghad meta nintefa' fid-dalma quddiem dak il-presepju li nkun ghadni kemm bnejt, b'xi ghanja tal-Milied fl-isfond u b'idi shan bil-kikkra tal-kafe` tahraq, quddiem ghajnejja nibda ngib ix-xeni sbieh li nkun ghadni kemm rajt f'Wied Qirda waqt li kont qed nigbor ftit haxix biex naghti lill-presepju dehra aktar naturali. Hawn f'imnifsejja nhoss diehla rieha friska ta' haxix u rancis u l-pulmun jintela' bl-arja friska ta' l-irdum ta' Had-Dingli minn fejn kont gbart il-gebel rustiku, filwaqt li l-pasturi jfakkruni wkoll fil-hajja semplici ta' l-imghoddi u t-tradizzjonijiet Maltin u ta' pajjizi girien taghna fosthom Sqallija...

The largest crib in the world; Presepi Italiani
Send a Xmas Card

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home