MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Thursday, December 08, 2005

Il-Blobb tas-Sibt Filgħaxija

Immanuel Mifsud takes his blogging to a new space:

Minn hawn u ftit ieħor jibda l-ewwel Festival Internazzjonali tan-Novella f'Malta, b'parteċipanti Maltin u oħrajn mill-Awstralja, l-Italja u l-Marokk. Hemm diversi affarijiet li huma ta' l-ewwel f'dan il-festival: l-ewwel attività tal-Kumitat Tekniku tal-Letteratura fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali tal-Lingwa; l-ewwel festival tan-novella li qatt sar f'Malta; u, tajjeb li ngħiduha wkoll, l-ewwel attività letterarja f'Malta li tefgħulha billboard (!) Iktar informazzjoni hawnhekk.
ejjew ejjew ja anġli...

Il-blogg tiegħi reġa' emigra. Ma kienx biżżejjed li nirxuxtah. Fil-fatt m'hu qiegħed jirxoxta xejn: wieħed miet u l-ieħor twieled. Jiġi żmien fejn tkun trid tibdel. Min-naħa tiegħi l-bidla kienet kważi imposta: is-sitwazzjonijiet ġodda tal-ħajja, u s-sitwazzonijiet oħrajn li dalwaqt jinbidlu, ġegħluni nirrifletti li ladarba kollox qiegħed jinbidel madwari, nistgħu nibdlu l-blogg ukoll, ħalli kollox ikun f'sintonija (speċi ta'). Waħda mill-affarijiet li nbidlet hija l-iskeda tal-ġurnata. Dik inbidlet radikalment u magħha nbidlu l-prijoritajiet tiegħi. Kont ilni nħoss li l-interess fil-blogosfera kien qiegħed jeħodli ħafna ħin - iżżejjed anzi - u allura jista' jkun li sibt skuża tajba...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home