Addolorata
Kenneth Borg blogs at The day I attended to my funeral. In his latest post, he writes about a photo featuring the Santa Maria Addolorata Cemetery with which he will participate in a photographic competition:
Il-ħmistax ta' Jannar se tkun id-deadline ta' kompetizzjoni fotografika lokali bit-tema ta’ patrimonju kulturali u ddeċidejt li nidħlilha. Tfajt mużika daqsxejn alternattiva (Martin Grech, Goldfrapp u Interpol) u ntfajt nipprepara erba’ xogħolijiet fuq stil monochrome. S’issa lestejt wieħed u nofs, għalkemm il-probabilità hi li sakemm tingħalaq il-kompetizzjoni nkun għamilt xi erba' modifikazzjonijiet oħra. Jaf illum ritratt tarah tajjeb, għada tarah b’nuqqas ta kuntrast, pitgħada żżidlu d-dawl u pit-pitgħada tneħħilu xi dabra sewda li kont għadek ma nnutajthiex.
Dan ir-ritratt fuq in-naħa tal-lemin huwa wieħed mix-xogħolijiet li se nitfa’. Għal min forsi għadu ma ndunax din hija l-knisja taċ-ċimiterju tal-Addolorata, il-Marsa. Din il-knisja tfakkarni f’żewġ affarijiet: i) fir-rumanz pop qasir ta’ Stagno ‘Inbid ta’ Kuljum’ għax hemm referenza diretta għal din il-knisja partikolari; u ii) f’parti minn dan iċ-ċimiterju fejn kienu jindifnu dawk il-laburisti li mietu fi żmien l-interdett, ‘l hekk imsejħa ‘miżbla’...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home