MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Tuesday, November 22, 2005

Defending the Maltese language

Linguist Antoine Cassar responds to a contoversial letter to the Times that attacks the notion of Maltese as an official EU language. From Triq il-Maqluba:

L-argumenti li jsostnu li l-ilsien Malti ma messux ikun aċċettat bħala lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea nisimgħuhom ta' spiss, tant illi l-lingwisti (fost oħrajn) naħseb ilna li xbajna minnhom. Jien sirt nidrahom, u kien mingħalija li wasalt sa punt fejn ma nintlaqatx iżjed minnhom, minn widna jidħlu u mill-oħra joħorġu. Iżda meta wieħed jikteb ittra fiż-Żminijiet tal-Ħadd, iżeblaħ ilsienu, imaqdar b'ironija batuta lil min qed jagħmel ħiltu sabiex jitħarreġ grupp ta' tradutturi u interpreti Maltin fejn qabel –minkejja l-bilingwiżmu tagħna– ma kien hemm kważi xejn...

Il-kontro-argumenti tiegħi għal din l-attitudni elittista fissirthom f'riċensjoni tat-taħditiet dwar it-tfassil tal-lingwa li kien ta l-professur Katalan Miquel Strubell f'April li għadda fl-Università ta' Malta. Ser ikolli ntennihom - sfortunatament mhux biss il-lum, iżda għada, pitgħada u min jaf jekk wara ħamsin sena wkoll. Lil hinn mill-kwistjoni ta' identità, u lil hinn mill-fatt li l-Kostituzzjoni Maltija tgħid li l-Malti mhux biss huwa lingwa uffiċjali iżda wkoll nazzjonali –u dawn iż-żewġ argumenti diġà huma validi ħafna u jmisshom ikunu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-Malti bħala lingwa uffiċjali ta' l-UE– hemm żewġ konsiderazzjonijiet oħra li ta' min inżommuhom f'moħħna....


From The Guardian: Language has always been crucial for Malta..

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home