MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Monday, October 31, 2005

Literature across frontiers

'Re-Visions - Literary Exchange in an Enlarged Europe' is an international symposium that will be convened next weekend at St James Cavalier by Inizjamed and Literature Across Frontiers. The event will bring together '25 writers, literary translators, publishers, editors, organizers of literary festivals and representatives of literature organisations from 16 European countries'. Blogger Immanuel Mifsud will be one of the Maltese participants. From Tgedwid:

Naf li huma diversi l-kollegi bloggejja li tinteressahom il-letteratura li qiegħda tinkiteb fuq il-Blata. U naf ukoll li wħud minnhom jistaqsu jekk din il-letteratura hijiex tolqot il-miri (mitiċi jew le) li nimmaġinaw li hemm. Waħda minn dawn il-miri minn dejjem kienet li nkunu bħall-oħrajn, li nimxu pari passu mal-kumplament tad-dinja (jiġifieri l-Ewropa)..

..Issa, li Malta tħaxknet fl-imbierka Evropa, tajjeb li nerġgħu nqajmu dawn il-mistoqsijiet li ilhom iħufu fl-imħuħ. Did-darba iżda, ir-realta' hija differenti għaliex politikament Malta hija l-Ewropa. Il-mistoqsija tibqa' jekk kulturalment u mentalment, hijiex qiegħda hemm. Jonkella, il-mistoqsija hija jekk aħniex hemm bir-ruħ u bil-ġisem jew aħniex hemm bil-ġisem biss.

Biex ma ntawwalx (għax in-normi tal-bloggiżmu jiddettaw il-konċiżjoni) jekk int interessat li tistaqsi aktar (m'għandix dubju li mintix se twieġeb) tista' tattendi għal simposju li Inizjamed, flimkien mal-Literature Across Frontiers, qegħdin jorganizzaw fil-Kavallier ta' San Ġakbu, bejn nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej. It-tema: Re-Visions - Skambju Letterarju f'Ewropa Akbar.
Symposium programme

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home