MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Tuesday, August 30, 2005

Santa Marija vs Ta' Pinu

Il-Lanzita Blog by 'Michael Saints' throws light on local Gozitan rivalries and claims to expose the exploits of Gozo's aristocracy "li bhal fil-Medju Evu ghadhom jistghu jghaddu minn fuq kulhadd" From Santa Marija vs Ta'Pinu:

L-informaturi taghna qalu li l-Isqof, biex jiffranka l-inkwiet (u fl-eta' tieghu ma ntuhx tort) weghedhom li din is-sena ma ssirx, u t-tmexxija tal-Parrocca tal-Katidral, li hija msejsa fuq demokrazija u altruwizmu kbir, organizzat velja hi. Jidher li l-amministraturi Ta’ Pinu (bir-ragun) haduha gewwa hafna din il-haga kif jixhed dan ir-ritratt, li ara min jahseb li huwa mehud min-newsletter ‘Tal-Istilla’!! Min kiteb il-paragrafu ma tantx iddejjaq jiffirmah, u dan juri kemm certi nies issa ddejqu sal-ponta ta' mnehirhom b'dan l-atteggjament arroganti ponn aristokratici fost il-kleru li minghalihom qed imexxu bit-trirenju.

Toqghod tghid veru li tal-Istilla mqabbdin ma’ ta’ Ljun? Jew dawn tal-ahhar imqabbdin ma' kulhadd u ma jifilux imsarinhom f’zaqqhom ahseb u ara f'zaqq haddiehor?! Ir-Romblu jhoss li l-awtoritajiet ukoll ghandhom bzonn barxa tajba forsi iqumu min-naghsa helwa li jinsabu fiha. Li tiffranka l-inkwiet huwa haga qaddisa, izda lanqas huwa sew li l-poplu qed jiehu l-messagg li f’Ghawdex dejjem tghaddi ta’ min l-aktar li jghajjat, jirrikatta, jsabbat saqajh u jdejh mal-iskrivanija tal-Isqof, jahbat mal-koxox tal-bibien tal-Kurja, u jaghmel ir-rallies, ghandu jew m’ghandux ragun

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home