MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Tuesday, August 09, 2005

L-istilel ta' Stella

New blogger Stella Camilleri discusses the relevance of literary writing and makes a distinction between popular and serious writing. From L-istilel ta' Stella:

Dan qed niktbu wara li Adrian Grima għadda kumment fuq l-artiklu li Marco Galea kiteb fuq Tabellina (li jien ikkummentajt dwaru hawn). L-argumenti ta' Grima jkomplu jikkumplikaw it-tema u juru kemm fil-fatt jista' jkun simpliċistiku wisq l-eżempju tar-rapporti fittizji fuq il-gazzetta. Mill-banda l-oħra, juri wkoll li anki l-argument ta' Marco Galea jista' jkun li jiġbed ċerti konklużjonijiet ta' malajr. Meta nitkellmu dwar ir-relevanza ta' xiħaġa rridu nistaqsu: "relevanti għal min?" Barra minhekk, jekk ktieb jew kittieb għandhom nuqqas ta' relevanza f'soċjeta' partikolari, ma jfissirx li kull ktieb u kull kittieb huwa irrelevanti. Jekk se nħarsu lejn ir-relevanza mil-lat ta' numri, allura Emilio Lombardi huwa aktar relevanti minn Immanuel Mifsud, jew Guże' Stagno jew oħrajn. Forsi, għax lanqas dan m'huwa ċert. Safejn naf jien, għad m'hawnx klassifika annwali ta' liema kotba Maltin inbiegħu l-aktar. Iżda mbagħad trid tara min qed jaqra xiex. Ħafna nies b'kultura 'għolja' jkemmxu wiċċhom quddiem kotba ta' xi Danielle Steel jew tas-serje Mills and Boon.

Tneħħi l-kotba ta' Rowling (fenomenu li naħseb li qed jiġi studjat) u Salman Rushdie (minħabba l-fatwa maħruġa kontrih), liema ktieb 'serju' qed jaqla' xi fururi straordinarji fid-dinja? Snin ilu kien Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri ta' Oliver Friggieri li forsi seta' qajjem xi ftit (ftit) għagħa hawn Malta, għar-raġuni, iżda, li t-titlu ntuża mill-oppożizzjoni ta' dak iż-żmien biex tattakka aktar lill-gvern, u mhux għall-ktieb innifsu.Tant hu hekk, li ftit taż-żmien ilu ħarġet edizzjoni oħra ta' l-istess ktieb imma ħadd ma qal xejn, ħadd ma kiteb dwaru, u ftit indunaw.

U allura wieħed jista' jasal lejn forma ta' konklużjoni li l-kotba u l-kittieba huma relevanti għalihom infushom u għall-ftit (jew ħafna) li jinteressawhom. Mill-bqija tibqa' Becky l-aktar persuna(ġġ) relevanti u magħrufa, jibqa' Peppi Azzopardi u l-istampa t'idu f'Bay Sreet ...

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home