Hgejjeg
The Hgejjeg blog is one of the most creative Maltese blogs on the blogosphere. In this long post, the writer discusses his background and explains how and when he discovered blogging. From Kelmtejn qabel immorru:
Din il-biċċa xogħol ta' l-ibloggar kienet xi ħaga li, għal bosta raġunijiet, minn dejjem kont noħlom biha. L-idea li tkun parti minn netwerk vast ta' individwi minn kull rokna ta' "l-misħut globu" minn dejjem saħħritni. Mhux biss minħabba li l-blogg hu mezz ta' espressjoni u komunikazzjoni tassew ħieles u sa ċertu punt, anke bla fruntieri, iżda wkoll għax kapaċi jgħaqqad flimkien bosta mħuħ f'proċess kontinwu tassew intriganti ta' qsim ta' esperjenzi u ideat..
L-iżjed wieħed li nsegwi fost dawn hu dak ta' Immanuel Mifsud, li permezz ta' bloggtu, wara seba' snin eżilju, issa stabbilejt miegħu mill-ġdid xi forma ta' kuntatt frekwenti. Minkejja li dan il-kuntatt huwa biss virtwali, it-tgedwid tiegħu jibbastani tajjeb ħafna biex nitfakkar mill-ġdid f'dawk l-għomeliji dwar il-poeta Malti favorit tiegħi Achille Mizzi. Immanuel Mifsud kien wieħed mill-iżjed persuni influwenti f'ħajti..
Blogg ieħor li nsegwi ta' spiss huwa t-Tempji Mqabbda ta' Robert Micallef, li minn hawn nirringrazzjah ħafna talli x-xahar li għadda għoġbu jżejjen lil bloggti bi tliet premji Roberts. L-inizjattiva ta' Robert, li jwettaqha b'dedikazzjoni sfiqa, forsi nistgħu nsejjħulha meta-bloggar, għax il-prodott aħħari tagħha huwa blogg dwar il-bloggs. U apparti dan, ma rridux ninsew il-listi eżawrenti tiegħu dwar dak li tajjeb jew ħażin, ikun qiegħed jitħarbex ta' kull ġimgħa fil-ġurnali rikki lokali tagħna..
Imbagħad hemm il-blogg ta' Twanny, li huwa poeta, lingwista u traduttur mustaċċun. Il-blogg tiegħu nqisu bħala tribut mimli mħabba lejn l-ilsien Malti f'sens wiesa', tant li fih issib tagħrif dwar il-lingwa Maltija li ma ssibux f'sorsi oħrajn kif ġieb u laħaq. Dan l-aħħar kelli x-xorti niltaqa' miegħu xi darbtejn. Minkejja l-merti akkademiċi tal-blogg ta' Twanny, l-iżjed ħaġa li tolqotni fi Twanny hu Twanny inniffsu, li f'moħħi spiss nassoċjah man-nom "tjieba"..
U fl-aħħar ma rridx ninsa nsemmi Ħġejjeġ, il-blogg ta' l-Imżebbel… il-Pulċinell ta' Ġeżebel u x'naf jien, li frankament ormai qtajt qalbi nsiblu rkaptu. Dan daqqa jitfalna xi poeżija, daqqa xi dramm sovversiv u nejjieki li lanqas l-iżjed teatrant m'aħniex ma jazzarda jtella', daqqa joħroġ b'xi ħamallata, daqqa jsabbat jew jgħolli mas-sema xi artist, daqqa jispekula dwar il-Bniedem il-Ġdid tas-Seklu Wieħed u Għoxrin, u sejrin...
Kurat Gybexi has set up a forum at BloggsMaltin as a platform for technical discussions amongst Maltese bloggers







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home