WoWonderland
A Maltese Smiths fan living in England blogs at WaWeasill in WoWonderland. He writes "Insib kull skuza biex ma nahdimx u biex ma naghmilx attivita' fizika. Sibt xoghol barra mill-Blata, kif isibuha xi nies, hekk kif kont ghadni kif niggradwa mill-Universita'. From his latest post:
..Dalghodu kont qed nikkorrispondi bl-e-mejl ma' Jurgen. Semmejna l-Grand Prix li saret fl-Amerka l-Hadd li ghadda, u l-farsa li nqalghet meta spiccaw telqu sitt karozzi biss minn 'l fuq minn ghoxrin karozza, minhabba li r-roti li kienu qed juzaw dawk il-karozzi li spiccaw ma hadux sehem, kellhom difett. Il-Ferrari ma ridux li tinbidel dawra minnhom biex inaqqsu l-velocita, u b'hekk perezz li lanqas riedu li jinbiddlu r-roti Michelin, spiccaw telqu dawk is-sitt karozzi li kellhom ir-roti tal-Bridgestone. Jurgen iccajta illi Xarabank kienu qed jahsbuha jaghmlux il-programm li jmiss dwar din il-grajja, pero rega' bdielhom ghax ma tantx kienu jgawdu vantagg politiku l-PN minn programm bhal dak. Allura hsibt x'kien jigri kieku t-tellieqa kienet fl-Ewropa. Missier Malta Ewropeja kien jezercita l-influenza fuq shabu l-Ewropej, Gonzi kien jirretifika l-istatut minghajr mistoqsijiet ta' xejn, u Tonio Borg, f'isem id-drittijiet umani kien idahhal ligi fil-kostituzjoni sabiex jissalvagwardja hajjet ix-xufiera - u tas-sigar li gew maqtula biex isiru dawk ir-roti, zied Jurgen.







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home