Warda Bajda
Hedda at Warda Bajda blogs in Maltese because "Sempliċi: il-lingwa tiegħi. Dik għallmuni ommi u missieri, u dik addottajt allura". From a recent post:
Xiħadd qalli li n-nisa tas-sajjieda Katalani għandhom użanza - jew kellhom għallinqas - li qabel l-istaġun tas-sajd jinżlu ħdejn il-baħar, jgħollu d-dublett u jikxfu bejn saqajhom u kienu jemmnu li minħabba f'hekk il-baħar jikkalma. Ma nafx hijiex vera din, jew blajthiex, imma affaxxinatni. Qishom is-sħaħar li jiltaqgħu ma' Macbeth fil-verżjoni ta' Polanski.
Illum, jien u nħares lejn il-baħar ftakart f'dil-biċċa, u bejni u bejn ruħi għidt: kif in-nisa tas-sajjieda Maltin ma kinux jagħmlu hekk ukoll? Jew xiħaġa simili? Għandikun il-Maltin kienu l-aktar nies bla spirtu fil-Mediterran kollu. La għandhom għanjiet folk - ħlief dawk tal-Greenfields (jekk tista' ssejħilhom folk) - la żfin tradizzjonali ... xejn.Issa jew intilef kollox, jew inkella tant kien poplu stupidu dan, tant kien moħħu biss biex ikampa minn jum għal ieħor, li ma kienx jaħseb dwar dawn l-affarijiet...







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home