MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Thursday, May 12, 2005

Watercolour holidays

Charles Flores discusses cultural tourism and the new Malta Art initiative with artist Jeni Caruana. From It-Torca:

Il-holqien ta’ l-inizjattiva Malta Art,” qaltli Jeni, “kellu l-ghan li waqt li jirrikonoxxi l-attrazzjonijiet naturali ta’ Malta u Ghawdex, jiftah it-triq ghal dawk il-hafna nies li jkunu jixtiequ jitghallmu l-arti tat-tpingija bl-ilwien ta’ l-ilma f’ambjent kwiet u trankwill matul il-btajjel taghhom.” Malta Art hija progett li beda b’success u anke bi ftit tal-fortuna.

“Meta konna qeghdin nahdmu biex naghtuh bidu, giet ghal gharrieda stedina minghand il-BBC biex niehdu sehem f’dokumentarju li kellu l-ghan li jhares lejn tipi differenti ta’ btajjel, u ma nghidlekx x’m’ghamilniex biex insibu bizzejjed studenti halli nkunu f’qaghda li ma nitilfux opportunità tad-deheb bhal dik,” kompliet Jeni bi tbissima ta’ sodisfazzjon hekk kif ftakret kemm hbieb u qraba ntalbu jaghmluha ta’ studenti waqt l-iffilmjar, “u bis-sahha ta’ dak id-dokumentarju bqajna ghal sentejn shah nircievu talbiet minghand nies li xtaqu jiehdu l-lezzjonijiet waqt li jgawdu l-gmiel ta’ dawn il-gzejjer.”

Il-gwarnic kien tlesta, u Malta issa ilha ghal diversi snin tospita gruppi varji ta’ barranin li jigu biex jitghallmu l-arti sabiha tal-water colours u fl-istess hin ikattru dejjem ahjar l-immagini ta’ Malta turistika.“Waqt il-lezzjonijiet taghna nzuru hafna postijiet differenti f’Malta u Ghawdex,” spjegatli Jeni, “u ghalhekk dawn it-turisti specjali jaraw hafna mill-attrazzjonijiet kemm naturali kif ukoll kulturali.

Per ezempju nhobb hafna nohodhom ipingu t-tempji neolitici ta’ Malta u Ghawdex. Kif jistghu ma jintlaqtux mill-gmiel ta’ dawk il-binjiet unici li huma eqdem mill-piramidi ta’ l-Egittu u minn Stonhenge fl-Ingilterra? Izda nohodhom ukoll f’inhawi fejn it-turisti li jfittxu l-bahar u x-xemx mhux dejjem izuruhom, bhall-Fawwara, certi zoni fil-Kottonera u triqat u sqaqien partikolari fl-irhula u bliet taghna.”

Staqsejtha dwar l-uzu tal-kelma taghna. “Iva, taghna, ghax jien illum nikkunsidra lili nnifsi Maltija u kburija b’dan,” wegbitni bil-hegga, “u ma naranix nghix band’ohra. Mhux qed nghid li hawn il-perfezzjoni, izda hawn dak li tfittex artista mara: it-trankwillità u s-sens ta’ sigurtà li thoss kull hin tal-gurnata. Jien toghgobni wisq l-idea li tkun fejn tkun hemm cans li tiltaqa’ ma’ xi hadd li tafu. F’pajjizi kbar u fejn il-problemi bilfors li jkunu ikbar, din il-haga ma tigrix u sikwit thossok wahdek u maqtugha minn kulhadd.”Jeni Caruana – kunjom xbubitha kien Paine – sa minn twelidha fl-Ingilterra kellha konnessjoni Maltija. Dan ghaliex missierha Dennis kien twieled hawn (fl-isptar ta’ l-Imtarfa) meta missieru, li kien fl-Armata Ingliza, u ommu kienu qeghdin jghixu stazzjonati hawn ghal xi zmien...

Ghal Jeni Caruana l-artista, membru tal-British Residents’ Association kif ukoll ta’ l-International Wives’ Association, dawn il-gzejjer saru l-art li fuqhom rat l-gheruq taghha jinbtu u jissudaw. Hajjitha ta’ kuljum illum hija msejsa fuq it-taghlim ta’ dik l-istess arti li permezz taghha holqot gwarnic specjali ghal Malta. Ezempju haj ta’ kif l-industrija tat-turizmu taghna tista’ qajl qajl tibdel il-karattru taghha li minnu nnifsu jkattar sfidi u ambizzjonijiet godda ghal gensna.

Malta Art targeting a niche market - from MaltaToday

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home