MaltaMedia Click Here!
Wired Malta
  A blog from the MaltaMedia Online Network  | MAIN PAGE | NEWS | WHAT'S ON | FEATURES | WEATHER | CONTACT ROBERT

Saturday, May 21, 2005

Il-Blogosfera Maltija - Introduzzjoni

Arcibald posts an overview of the Maltese blogosphere:

Ghal min qatt ma sema’ bil-kelma ‘blogg’, merhba. Hafna Maltin ghogobhom jibdew wiehed, jiktbu dwar dak li jhossu u jiddibattu suggetti li fil-gazzetti Maltin sar impossibli li titkellem dwarhom minghajr ma taqla’ libell. Kull persuna jkollha speci ta’ djarju li fieh tikteb li trid u dwar kwalunkwe suggett. Min irid wara jista’ jhalli kumment jew inkella jirrispondi fuq il-blogg tieghu aktar fid-dettall.

Il-blogosfera nista’ nghid li hadet ir-ruh mal-bidu ta’ din is-sena, ghalkemm xi pijunieri bhal Toni Sant diga ghalqu aktar minn sena jikkontribwixxu. Hemm per ezempju Robert Micallef bil-blogg ‘Wired Temples’, li jikteb u jillinkja affarijiet konnessi ma’ gziritna, ‘It-Triq il-Maqluba’ ta’ Antoine Cassar b’poeziji b’hafna lingwi mill-aktar interessanti, il-blogg ‘Tgedwid’ tal-kittieb Immanuel Mifsud u ‘Xemx u Xita’ tal-muzicist D li huwa Malti jipprova xortieh f’Parigi. Hemm ukoll ‘Il Bollettino della Sfiga’, li huwa miktub b’Malti Taljanizzat umoristiku ghall-ahhar. U xi nghidu ghall-blogg ta’ Guze Stagno, li l-ewwel beda jikteb bil-Malti, umbaghad iddejjaq u waqaf, umbaghad rega beda imma bl-Ingliz, u issa mid-dehra regghet qabzitlu?

Hafna jiftakkru wkoll id-‘Dizzjunarju’ li ghal xi raguni waqaf u sparixxa. Idea nobbli li taret mar-rih.Insomma hallata ballata ta’ ideat, kreattivita’, zvog mir-ripressjoni mundana kif ukoll lehen gdid fid-dinja virtwali ta’ nofs l-ewwel decenju ta’ dan il-millenju l-gdid. U erhilna nikkummentaw fuq li qed jigri f’pajjizna b’mod mill-aktar miftuh.Ghal min jixtieq isir midhla ta’ x’inhu ghaddej fid-dinja alternattiva tal-blogosfera Maltija, nistiednu jibda mill-aktar pagna li fiha lista nklussiva tal-bloggijiet minn persuni ta’ nazzjonalita’ Maltija:

www.aboutmalta.com/INTERNET/BLOGS jew inkella nistiednu jzur mal-ewwel il-blogg li nahli hafna hin fuqu jien: ajjut.blogspot.com (ghidtilkom li dan riklam sfaccat).

Post a Comment

Links to this post:

Create a Link

<< Home