Leggendi Urbani
Mark Vella introduces new Maltese blogger Andrew Sammut, also based in Luxembourg, who dedicates his blog to Maltese contemporary folklor:
Il-proġett ċkejken huwa leggendi urbani. Miżmum minn Andrew Sammut, traduttur ieħor f’Lux, jirrakkonta l-istejjer li tisma’ fit-triq u minkejja li bilkemm jitwemmnu, għandhom biżżejjed realta’ fihom biex jibqgħu jittantawk. Il-leġġendi metropolitani smajt bihom l-ewwel darba l-Italja, bħal dik l-istorja tas-sinjali ċkejkna misterjużi li bdew jidhru mpittra fuq id-djar f’xi bliet Taljani, u li hawn min jgħid li setgħu kienu kodiċi tal-ħallelin żingari ħalli jkunu jafu l-karatteristiċi tad-djar qabel ma jidħlu fihom. Huma folklor kontemporanju, li anki f’Malta għandna bil-bosta, bħall-istejjer ċensurabbli li mid-dehra jseħħu fl-emerġenza f’San Luqa u li rrakkontahomlna Brian wara li konna bdejna nlaħalħu t-togħma tal-pizza bl-Averna. Andrew ma jistax ikun jaf il-leġġendi kollha u għalhekk intom mistiedna tidħlu fil-blogg u tagħtuh l-istejjer tagħkom.
Genn Malti blog - Stejjer ta' karattri Maltin







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home