Irkant virtwali
New blogger Archibald from Hamrun writes about the Maltese version of Ebay. From Ajjut! Ajjut!:
Kemm niehu gost nibbrawsja f' www.maltapark.com li hija speci ta' ebay Maltija b'entertainment garantik inkluz. Tajjeb izda li, jekk be hsiebek tixtri xi haga, tkun taf ftit informazzjoni dwar f'jigri f'din is-sajt qabel titfa xi bid u titwekka b'xi bicca imbarazz.
Normalment l-irkant f'din il-websajt jimxi bil-maqlub - iva bil-maqlub - jigifieri jekk wiehed irid ibiegh xi mutur jew mobile antik (ovvjament fis-section antiques) ghal Lm100, in-nies li jirrispondu minnflok jitfghu bid ihallu messagg bhal nghidu ahna 'Lm 60 u niehdu'. Ma titwemminx imma tigri kemm il-darba. Jew inkella issib irkant ghal 'Vocalist Wanted' li l-ewwel bid taghha tkun Lm69 (ovvjament xi hadd li ma fhemx l-iskop tas-sajt u qed juzaha differenti).
Inhallikom thedew taraw b'ghajnejkom stess l-istramberiji li jkun hemm. Is-section everything else mhux ta' min jitlifha ghax dejjem ikun hemm xi rkant li fieh valur umoristiku bhal ghal pet and animal holiday caretaker jew xi baby tarantula (li milli nista nifhem hija speci ta' brimba).







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home