Individwi
A promising new blog Erezija, created by a regular user of Scaremongering.net (an independent Maltese initiative aiming to discover and promote potential and talented artists) aims to articulate the life of a sensitive artist living in Malta. In this post , the author writes about the urge to write in Maltese:
Meta tlaqt minn Malta u mort ngħix Praga lejn tmiem l-1995, skoprejt li l-ilsien Malti huwa għal qalbi. Mhux fis-sens li xtrajt il-Grammatika Maltija ta’ Bro Henry u studjajtu minn fuq s’ isfel, jew li naf nikkwotalek mit-Tagħrif ta’ l-Akkademja tal-Malti – fil-fatt sa ftit xhur ilu kont batut fil-kitba Maltija u huwa biss issa li bdejt nitgħallem ’l għaliex tikteb ’l għaliex u mhux l-għaliex – imma fis-sens li l-istejjer li bdejt nikteb ’l bogħod minn art twelidi ħarġu f’din il-lingwa stramba, li mill-pinna tiegħi ħarġet żlugata, mimlija tbenġil lingwistiċi u idjomatiċi. Skoprejt li jekk nikteb dwar membru tal-MUSEUM, ma’ nistax nuża l-Ingliż. Il-mixja tiegħu lejn id-dar, l-għadajjar li jirriflettu d-dwal tat-triq f’għajnejh huma riflessjonijiet Maltin, id-dawl tal-bozzoz huwa dawl Malti. L-Ingliż ma jidħolx hawnhekk. Kellu jkun il-Malti.
U għalhekk bdejt nikteb bil-Malti, mingħalija xi hero litterarju, l-uniku Malti fuq wiċċ id-dinja li qed jikteb xi ħaġa valida, li qed iħaffer ħofra fl-art niexef tal-lingwa Maltija. Dan kollu ħsibtu mingħajr ma kelli l-għerf biżżejjed biex naqta’ ġudizzju bħal dan – kull ma kont qrajt bil-Malti sa dak iż-żmien kien nofs “Ulied in-Nanna...”, xi drammi u stejjer ta’ Alfred Sant, u xi ħaġa żgħira ta’ Oliver Friggieri. Sa ftit ilu kont għadni konvint li jiena aħjar minn dawn kollha f’daqqa. In-novelli ta’ Stagno ma biddlux fehemti. Issa, il-lum, jiena ċert li minix daqshekk tajjeb, u nħossni aħjar li naf u nirrikonoxxi dan il-fatt.
Iżda minkejja dan, iddeċidejt illum li nibda nippostja l-istejjer tiegħi. Nibda mill-ewwel waħda. Dawn jifformaw ktieb li jismu !ND!V!DW!. Ma tantx għamilt dak kollu li stajt biex nippubblikah dan il-ktieb li inkiteb fis-sena bejn l-1996 u l-1997. Mark Vella kien qalli li kien hemm ċans iżda l-Minima sfaxxa ftit wara.Insomma, biex taqra l-ewwel storja, dan huwa l-indirizz: http://individwi.blogspot.com/







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home