Guze Cassar Pullicino
Alfred Sant writes about the recent demise of Guze Cassar Pullicino (born 1921) described by Immanuel Mifsud as the 'pioneer of Maltese folklore studies".
Guzè Cassar Pullicino kien kittieb li ma stajtx tifirdu mill-imgiba gentili tieghu tul hajtu. Jien ftit iltqajt mieghu, imma niftakar minn zmien twil ilu, il-kitbiet fejn sirt nafu — essays, studji kritici u ta’ ricerka, novelli — bhala parti mill-edukazzjoni taghna fil-Malti. Ma kellux l-istatura letterarja ta’ Aquilina jew Saydon jew Anton Buttigieg, ghalkemm bhala studjuz fil-qasam tal-folklor Malti ghal zmienu, ghamel ricerka mill-aktar serja u bzonnjuza. Imma forsi bl-eccezzjoni ta’ Buttigieg u Ruzar Briffa, f’kitbietu baqa’ dejjem itektek ir-ritmu ta’ sentiment uman li minnu nnifsu donnu jaghti xiehda ta’ gherf mohbi imma qawwi (se jkun hawn ammiraturi ta’ Gorg Pisani u Karmenu Vassallo li jiddejqu li ma semmejthomx fost l-eccezzjonijiet…) Matul hajtu, b’umiltà u b’dedikazzjoni, Cassar Pullicino kiteb dwar dak li hass, dak li emmen, u dak li studja: kiteb b’lingwagg semplici u konciz. hu u jwettaq dil-hidma, kiseb fama gustifikata bhala protagonist tal-glieda biex il-Malti jitpogga fuq sies nazzjonali — kien wiehed minn generazzjoni li jixiriqilha kull gieh. Il-mewt tieghu ma setghetx ma timliniex b’dieqa. Naghti l-kondoljanzi profondi tieghi lill-familja tieghu.
Articles by Guze Cassar Pullicino from aboutmalta







Post a Comment
Links to this post:
Create a Link
<< Home